Skont l-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar sigħat feġġew 16-il każ ġdid u rkupraw 44 persuna mill-virus. B’hekk il-każi attivi issa niżlu għal 443.
Rigward dawk rikoverati fl-Isptar minħabba l-Covid-19 ntqal li hemm 17-il persuna rikoverati u li erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-kura intensiva.
Il-vittmi tal-Covid-19 baqa’ 457 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.
Sal-bieraħ kienu ngħataw 816,136 doża tal-vaċċin li minnhom 6,552 huma booster dose.