Saturday, December 21, 2024

“Aktar kemm pajjiż jaffaċċja sfidi, aktar neħtieġu tmexxija ffukata”

Aqra wkoll

Waqt intervista bit-tema Malta Flimkien mir-Rabat Għawdex, il-Prim Ministru Robert Abela beda biex jgħid li aktar kemm pajjiż jaffaċċja sfidi, aktar neħtieġu tmexxija ffukata. Abela qal dan meta mistoqsi dwar l-inċertezza li qiegħda toħloq l-invażjoni fl-Ukrajna.

Il-Prim Ministru qal li waqt pandemija dan il-gvern kien kapaċi jżomm il-prezzijiet tal-enerġija stabbli u saħansitra kellna roħs fil-prezzijiet tad-diżil u tal-petrol. Żied iwiegħed li bħalma kien hemm għan-nies matul il-pandemija, il-gvern se jibqa’ hemm għan-nies.

Abela qal li n-narrattiva tal-Partit Nazzjonalista mhijiex meqjusa u b’irresponsabbiltà qiegħda tiżgħra l-firda billi xeħtet lir-Russi kollha f’keffa waħda.

Rigward il-proġetti ambjentali, il-Prim Ministru tkellem dwar l-ispazju f’Ta’ Qortin li minn miżbla nbidel fi spazju aħdar biex jitgawda mill-poplu. Il-Prim Ministru kompla biex jgħid li dan għadu biss il-bidu għaliex dan il-gvern jemmen li l-prijorità l-ġdida hija li l-familji jkollhom biżżejjed żmien biex igawdu l-ħin liberu tagħhom. Fakkar dwar il-proposta tal-proġett tas-€700 miljun fuq medda ta’ seba’ snin.

Il-Prim Ministru tkellem dwar proġett ambizzjuż ftit metri bogħod mill-post li fih ttellgħet l-attività. Qal li minflok parkeġġ li hemm, il-gvern għandu proġett pjanat ta’ multilevel carpark u fuqu se jkun qiegħed jinħoloq dan l-ispazju miftuħ flimkien ma’ grawnd tal-futbol. Abela qal li b’dawn l-investimenti dan il-gvern qiegħed juri kemm determinat li jkompli jagħmel il-ġid.

Ekonomija

Sport