Friday, November 22, 2024

Aktar kooperazzjoni għal tisħiħ fl-għarfien finanzjarju

Aqra wkoll

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta laħaq ftehim ma’ ĠEMMA, fergħa tal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet  tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, sabiex jissaħħaħ l-għarfien finanzjarju, dan permezz ta’ finanzjament  sabiex isir aktar reklamar fuq il-mezzi soċjali u videos li juru metodi ta’ kif nistgħu nġemmgħu aktar  flus filwaqt li nonfqu b’responsabilità. 

Dawn il-videos huma faċilment aċċessibbli fuq https://gemma.gov.mt/videos-gemma-bagitjar-u ppjanar/. 

Il-Ministru Michael Falzon laqa’ u faħħar din il-kooperazzjoni, filwaqt li tenna li dan l-għarfien  għandu jingħata minn etajiet żgħar, mhux biss fl-iskejjel iżda anke fid-djar. Żied jgħid li ĠEMMA  qed tilgħab irwol sinifikanti f’partnerships m’istituzzjonijiet edukattivi sabiex toħloq stili pożittivi ta’  ffinanzjar personali. 

Is-Segretarju Permanenti Mark Musu stqarr li huwa ta’ privileġġ illi l-Bank Ċentrali daħal għal dan  il-memorandum strateġiku sabiex tkun possibbli l-pubblikazzjoni ta’ materjal online.  

Il-videos jinkludu l-użu ta’ credit cards, ibbaġittjar ta’ kuljum, spejjeż okkażjonali u kbar, kif ukoll  filmati li jkopru ppjannar t’iritirar fit-tul.

Sport