Hekk kif l-istudenti f’diversi pajjiżi qegħdin jidħlu għas-sena skolastika l-ġdida, numru sostanzjali minnhom fl-Ingilterra se jibdewha ħażin minħabba lista ta’ istituzzjonijiet edukattivi li jew se jkunu parzjalment magħluqa jew inkella kompletament magħluqa.
Din l-aħbar hija rrapportata li se tolqot mal-104 skola u dan hekk kif l-istudenti qegħdin jippreparaw biex jidħlu lura fil-klassijiet wara l-vaganzi tas-sajf. Kif se jibda dan it-terminu l-ġdid, għaddd ta’ skejjel u kulleġġi fl-Ingilterra mhux se jiftħu l-bibien tagħhom minħabba biża’ li hemm fuq konkrit li min ħin għall-ieħor jista’ jċedi.
Minkejja l-pressjoni, il-Gvern Ingliż huwa rrapportat li qiegħed jirrifjuta li jippubblika l-lista uffiċjali tal-104 faċilitajiet li nħarġet ordni għall-għeluq tagħhom. L-istudenti f’Essex huma l-aktar milquta negattivament minn din is-sitwazzjoni fejn s’issa hemm 18-il skola u kulleġġi li jinsabu fi stat ta’ periklu.
Għadd ta’ ġenituri ġew mgħarrfa li se jkunu avżati dwar problemi li jista’ jkun hemm qabel it-tfal tagħhom jirritornaw għall-iskola. Il-ministri ta’ dan il-pajjiż intalbu jitkellmu dwar din il-kwistjoni pubblikment hekk kif il-kritiċi jemmnu li din se tkun problema ta’ skala kbira. Id-dipartiment tal-edukazzjoni Ingliż min-naħa tiegħu huwa rrapportat li għamel kuntatt mal-104 skejjel milquta wara li saret analiżi ta’ 52 każijiet ġodda ta’ konkrit perikoluż.
Huwa rrapportat ukoll li nħarġu linji gwida għall-iskejjel, in-nurseries u l-kulleggi inkwistjoni kif ukoll avviż li l-gvern jagħti kumpens għal akkomodazzjoni ta’ emerġenza.