Monday, May 13, 2024

Għaliex nagħżel l-esklużjoni bħala proċess ta’ rkupru?

Skont ir-Rapport Annwali tal-Awtorità Maltija għal-Logħob (MGA), is-sena l-oħra kien hemm żieda ta’ 22.8% f’rikjesti ta’ esklużjoni minn każinos, ħwienet tal-logħob u swali tat-tombla fuq is-sena ta’ qabel. Jikteb KAYNE SAID Maniġer għal Komunikazzjoni, Fondazzjoni Logħob Responsabbli - [email protected]

Aqra wkoll

Ta’ min jinnota li skont ir-Rapport Annwali 2022 maħruġ mill-Awtorità Maltija għal-Logħob (MGA), barra minn dawk l-1,531 rikjesta ta’ esklużjoni minn każinos, ħwienet tal-logħob u swali tat-tombla, fl-istess sena kien hemm mal-1.9 miljun rikjesta ta’ esklużjoni onlajn minn ġukaturi fuq websajts tal-logħob tal-azzard liċenzjati f’Malta.

Ta’ min insemmu wkoll li ope­raturi onlajn huma obb­ligati li jkollhom sistemi li joffru ġukaturi onlajn il-possibilità li jeskludu lilhom nfushom għal perjodu definit jew indefinit.

Imma jekk l-esklużjoni ma tiġix imposta mill-operatur, għaliex ġukatur eċċessiv għandu jirrikorri għal tali proċess ta’ rkupru?

1) Ħafna ġukaturi jagħżlu li jirrikorru għall-esklużjoni biex jerġgħu jakkwistaw il-kontroll fuq l-abitudnijiet tal-logħob tal-azzard tagħ­hom. Jekk persuna tħoss li rabbiet vizzju, l-esklużjoni tista’ tipprovdi dak il-ħajt biex jipprevjeni aktar uġigħ finanzjarju u emottiv.

2) Ċertu individwi jista’ jkun li esperjenzaw telf finanzjarju sinjifikanti minħabba l-logħob u jiddeċiedu li jeskludu lilhom nfushom biex jipprevjenu tali mġiba riskjuża u jagħmlu pass konkret biex isaħħu l-qagħda finanzjarja tagħhom u jevitaw minn dejn addizzjonali.

3) Ġukaturi jistgħu jagħżlu favur esklużjoni biex jipp­roteġu membri tal-familja u maħbubin mill-kosegwenzi koroh tal-imġiba tagħhom. B’hekk jistgħu jnaqqsu mill-piż finanzjarju, stress emottiv u kwistjonijiet f’relazzjonijiet.

4) Xi postijiet, mumenti u ambjenti jistgħu jqajjmu ċertu kilbiet lejn il-logħob tal-azzard. Billi teskludi li­lek innifsek minn postijiet u websajts, individwi jistgħu jeliminaw dawk it-triggers li jagħtu l-fjuwil għall-imġiba tagħhom.

5) Permezz tal-esklużjoni, ġukaturi jimxu pass pass mar-rikjesti legali, fejn jassiguraw li mhumiex qegħdin jiksru liġijiet relatati mal-logħob tal-azzard.

Huwa importanti li nkunu nafu li l-esklużjoni hija deċiżjoni personali u r-raġunijiet jistgħu jvarjaw minn persuna għall-oħra. Aktar minn hekk barra li l-esklużjoni tista’ sservi ta’ għodda effettiva biex jiġu mmaniġjati ċertu kwistjonijiet relatati mal-logħob tal-azzard, xorta waħda mhix soluzzjoni garantita! Allura huwa taj­jeb li ġukatur eċċessiv ifittex ukoll sapport professjonali u counseling f’waqtu!

Jekk tixtieq tkun taf aktar dwar is-servizzi ta’ esklużjoni li tħaddan il-Fondazzjoni, ĊEMPEL 1777.

Sport