Saturday, May 4, 2024

Raġel isib ruħu f’diffikultà fix-Xlendi … jitla’ mill-baħar u jaqa’

Aqra wkoll

Raġel li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa għall-ħabta tal-10.07am tela’ mill-baħar fix-Xlendi Għawdex u waqa’ mal-art. Jidher li r-raġel sab ruħu f’diffikultajiet waqt li kien qiegħed jgħum u rnexxielu jitla’ max-xtajta.

Fuq il-post mill-ewwel mar tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex li bdew jagħtu CPR lir-raġel fuq il-post. Hu ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex biex jingħata aktar għajnuna.

Persuni qrib il-pulizija t’Għawdex qalu lil dan is-sit li hekk kif ġew informati b’dan il-każ mill-ewwel bdiet l-investigazzjoni minħabba li s’issa r-raġel għadu mhux identifikat. L-istess sorsi qalu li jidher li għandu ftit aktar minn 60 sena.

Il-pulizija t’Għawdex qalu lil dan is-sit li bħalissa għaddejja ħidma biex tal-inqas jinstabu l-ħwejjeġ tal-persuna bit-tama li jkun hemm xi tip ta’ identifikazzjoni.

Kelliem għall-pulizija filwaqt li kkonferma l-każ, qal lil dan is-sit li jirriżulta li r-raġel sofra minn xi ħaġa medika.

Sport