Sunday, December 22, 2024

Aktar minn 100 taħrika dwar it-tlajjar ta’ vetturi bil-Y-Plates

Aqra wkoll

Propju ftit tal-ġimgħat wara li ġiet introdotta l-liġi l-ġdida dwar il-Y-Plates, l-Aġenzija LESA matul ix-xahar li għadda ħarġet mhux inqas minn 112-il taħrika b’rabta ma’ tlajjar ta’ vetturi bil-Y-Plates. Dan jikkonferma l-ħtieġa urġenti li kien hemm sabiex isseħħ din ir-riforma fil-liġi.

Dan sar magħruf f’kummenti li ta lil dan is-sit kelliem għall-Ministeru għall-Intern, ir-Riformi, is-Sigurtà u l-Ugwaljanza. Huwa qal li kemm l-Aġenzija LESA kif ukoll il-Pulizija u uffiċjali ta’ Transport Malta għaddejjin b’missjoni inkomuni: dik li jkomplu jsaħħu l-infurzar fit-toroq sabiex in-nies jgħixu f’ambjent sigur. Intant, fit-tliet xhur li għaddew, mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Awwissu 2023, it-tliet awtoritajiet koprew 330 road-check bejniethom: 250 saru mill-Pulizija, 70 mil-LESA u 10 minn Transport Malta. Huwa żied jgħid li wħud minn dawn ir-road-checks kienu konġunti.

Qal ukoll li mill-bidu ta’ Jannar 2023, it-tliet awtoritajiet ħarġu 8,173 taħrika b’rabta ma’ sewqan perikoluż, 29,659 taħrika dwar sewqan eċċessiv, 9,910 taħrikiet marbuta mal-użu tal-mobile waqt is-sewqan, u 3,963 taħrika b’rabta man-nuqqas ta’ lbies taċ-ċintorin tas-sigurtà.

Ekonomija

Sport