Thursday, May 16, 2024

“Ma jistax ikun hemm ugwaljanza mingħajr ħelsien mill-vjolenza”

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fost it-temi li ttrattat il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen fid-diskors annwali tagħha tal-Istat tal-Unjoni Ewropea fi Strasburgu li kien ukoll l-aħħar wieħed għal din il-leġiżlatura tal-Parlament Ewropew, bl-elezzjonijiet tal-MEPs mistennija li jsiru f’Ġunju tas-sena d-dieħla, hija tkellmet dwar il-ħidma rivoluzzjonarja u pijuniera li saret fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

Hawnhekk iddaħħal il-prinċipju bażiku li l-istess xogħol ħaqqu l-istess paga. Ma hemm l-ebda argument għaliex mara għandha titħallas inqas minn raġel għall-istess tip ta’ xogħol iżda fadal ħafna xi jsir f’dan ir-rigward.

“Naf li dan il-Parlament jappoġġja l-proposta tagħna dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa. F’dan il-każ, nixtieq li ndaħħlu prinċipju bażiku ieħor. Le tfisser le. Ma jistax ikun hemm ugwaljanza mingħajr ħelsien mill-vjolenza,” qalet von der Leyen.

Semmiet ukoll li grazzi għal dan il-Parlament, l-istati membri u t-tim ta’ Kummissarji tagħha, twettqu aktar minn 90% tal-linji gwida politiċi li ppreżentat fl-2019. Qalet li flimkien urejna li meta l-Ewropa hi qalbiena u magħquda, tikseb ir-riżultati. “Fadlilna ħafna x’nagħmlu … ejja nibqgħu magħqudin. Ejja nwasslu r-riżultati u nħejju għall-ġejjieni.”

Sport