Sunday, December 22, 2024

Aktar minn 1,000 każ ġdid… Dawk fl-isptar iqarrbu l-100

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-każi attivi bħalissa huma ta’ 12,222.

Dan hekk kif mit-testijiet li saru matul l-aħħar 24 siegħa feġġew 1,030 każ ġdid filwaqt li 249 oħra ġew dikjarati bħala mfejqa mill-virus. 

Fl-istess waqt l-ammont ta’ pazjenti li bħalissa jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19 huma 99, b’sebgħa minnhom li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

L-ammont ta’ mwiet baqa’ ta’ 477 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet reġistrata l-ebda mewt marbuta mal-virus.

Il-programm ta’ vaċċinazzjoni baqa’ għaddej b’mod tajjeb hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ b’kollox ingħataw 1,072,274 doża tal-vaċċin. Minn dawn hemm 224,190 li huma dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport