Thursday, April 18, 2024

“Kellna lejl kwiet… L-appelli kontinwi waslu” – Il-Pulizija

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-awtoritajiet Maltin fl-aħħar ġimgħat mexxew kampanja kontra s-sewqan għal dawk li jkunu se jikkunsmaw mill-alkoħol.

Intant il-Pulizija aktar kmieni kkonfermat ma’ Talk.mt li l-lejl li kien isellem lis-sena 2021 u jilqa’ s-sena 2022 kien “lejl kwiet” u li dan jikkonferma l-importanza ta’ tali appelli fuq il-mezzi tal-midja. L-uniku inċident rappurtat lill-Pulizija kien proprju għall-ħabta ta’ nofsillejl wara li karozza nqalbet fin-Nadur. F’dan l-inċident kien hemm żagħżugħ li sofra ġrieħi gravi.

Fattur ieħor li seta’ wassal għal dan kienet iż-żieda sostanzjali tal-każi tal-Covid-19 li għenet aktar biex dak li jkun japprezza l-familja tiegħu f’lejla sempliċi ma’ tad-dar.

Filmat imxandar kontinwament fuq il-paġna tal-Pulizija fuq Facebook kien ifakkar li l-ħajja mhijiex logħba u li jekk tkun se tixrob m’għandekx issuq; kemm biex tħares il-ħajja tiegħek kif ukoll lil dawk ta’ madwarek.

Ekonomija

Sport