Wednesday, July 24, 2024

Aktar minn 10,000 student Għawdxi jibdew l-Università fl-aħħar għaxar snin

Aqra wkoll

Fl-aħħar għaxar snin kien hemm 10,244 student Għawdxi li bdew kors fl-Università ta’ Malta. Dan qal l-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima waqt li kien qiegħed iwieġeb mistoqsija Parlamentari tad-Deuptat Bernice Bonello.

F’mistoqsija separata, id-Deputat Bernice Bonello staqsiet lill-Ministru Clifton Grima biex jagħti rendikont kemm kien hemm studenti li daħalu s-Sixth Form f’dawn l-aħħar għaxar snin.

Min-naħa tiegħu l-Ministru Grima wieġeb li minn informazzjoni li għandu n-numru ta’ studenti li daħlu f’dawn l-aħħar 10 snin mill-Junior College, GEM 16+, Sir MA Refalo Għawdex u l-Giovanni Curmi Higher Secondary hu ta’ 39,692 student.

Ekonomija

Sport