Monday, December 23, 2024

Aktar minn 100,000 Sirjan irrapportati neqsin

Aqra wkoll

Is-Seġretarju tal-Ġnus Magħquda António Guterres qal li bħalissa hemm aktar minn 100,000 Sirjan li ħadd ma jaf x’sar minnhom.

“Nies minn kull parti tal-pajjiż qegħdin jirraportaw li għandhom xi qraba li huma neqsin u ilhom żmien twil ma jisimgħu dwarhom, qal Guterres. Hu sostna li skont rapport li jaslu għand il-Ġnus Magħquda ħafna minnhom ġew maqtulin, maħtufa, ħarbu mill-pajjiż u qatt aktar ma ġew irreġistrati f’pajjiż ieħor kif ukoll hemm tfal u nisa li ġew traffikati fl-industrija tal-prostituzzjoni.

Hu kompla jgħid li d-dinja trid issib soluzzjoni għal dan kollu u l-partijiet kollha fis-Sirja li jinsabu fil-konflitt għandhom jaħdmu ma’ xulxin biex tal-inqas il-persuni li hemm irraportati neqsin jinstabu. “Hemm eluf kbar ta’ familji, minħabba li tilfu kollha kemm minħabba l-gwerra u anke minħabba t-terremot, għadhom ma jafux x’sar minnhom persuni li huma qrib ħafna tagħhom,” qal Guterres.

Hu kompla jgħid li din hija kriżi kbira. Li jkollok eluf kbar ta’ persuni li ħadd ma jkun jaf x’sar minnhom hija xi ħaġa tat-terrur li qed taqsam ħafna qlub.

Kien għalhekk li saret talba lill-pajjiżi membri tal-Ġnus Magħquda biex flimkien jaraw kif tista’ tinstab soluzzjoni u bil-mod il-mod jibdew jaraw dawn l-eluf ta’ persuni fejn sparixxew.

Ekonomija

Sport