Saturday, November 23, 2024

Aktar minn 100,000 vittma tal-pandemija fil-Brażil

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Brażil irreġistra aktar minn 100,000 vittma relatati mal-covid-19, it-tieni l-akbar ammont fid-dinja. 

Il-virus qatel aktar minn 50,000 persuna f’perjodu ta’ tliet xhur, iżda n-numru rdoppja f’ 50 ġurnata. S’issa kien hemm aktar minn tliet miljun każ konfermat u minkejja li l-pandemija għad trid tilħaq il-qofol tagħha, il-ħwienet u r-ristoranti diġà reġgħu fetħu.

Il-President Jair Bolsonaro minkejja li hu stess kien konfermat fost dawk infettati, huwa kontra ir-restrizzjonijiet li jistgħu jħallu mpatt negattiv fuq l-ekonomija. 

Huwa ma naqqasx mill-kuntatt tiegħuy man-nies u saħansitra deher fost il-ġemgħat mingħajr ma kien liebes il-maskra.

Sport