Friday, May 3, 2024

Tarbija ssalva lil ommha mill-Ħabs

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Eritreana ta’ 21 sena evitat li tintbagħat sitt xhur ħabs grazzi għat-tarbija ta’ xahar.

Ksanet Desale tressqet quddiem il-Maġistrat Nadine Lia flimkien ma’ żewġha Mohammed Omar Ibrahim, Sudaniż ta’ 30 sena, wara li nqabdu jippruvaw jaħarbu minn Malta b’passaporti foloz.

Il-koppja daħlet fl-awla bit-tarbija f’ħoġor ommha bit-tnejn li huma wieġbu li ħatja anke jekk ir-raġel sostna li sar jaf li kienu foloz dak il-ħin li kienu se jsiefru u hija li ma kinitx taf għax id-dokumenti kienu f’idejh.

Il-Maġistrat Lia ikkundannat lir-raġel sitt xhur ħabs mentri lit-tfajla sitt xhur sospiżi għal sena u għamlitilha ċara li kienet qed tissospendilha s-sentenza minħabba t-tarbija biex tieħu ħsiebha.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Hubert Gerada mentri l-Avukati Joseph Bonnici deher għall-koppja.

Sport