Thursday, November 14, 2024

Aktar minn 13,000 ċitazzjoni maħruġa mill-cameras ta’ Triq Tul il-Kosta fl-aħħar sena

Aqra wkoll

Fl-aħħar 12-il xahar inħarġu 13,015-il ċitazzjoni mill-ħames speed cameras li hemm fi Triq il-Kosta. Ikkonferma dan il-Ministru għall-intern u s-sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri meta mitlub jispjega dwar il-cameras li twaħħlu riċentament kif ukoll jagħti informazzjoni dwar kemm ingħataw ċitazzjonijiet fuq veloċità eċċessiva.

Il-Ministru Byron Camilleri qal li jinsab infurmat li fiż-żona msemmija, inkluż fiż-żona ta’ Kennedy Drive  hemm ħames speed cameras.

Waħda f’Tul il-Kosta viċin Triq Sant’ Andrija.

Waħda f’Tul il-Kosta viċin Splash And Fun Park, imwaħħla riċentament (Ġunju 2021).

Waħda f’Tul il-Kosta viċin it-Torri tal-Għallis, imwaħħla riċentament (Ġunju 2021).

Waħda f’Tul il-Kosta bejn is-Salini u t-Torri tal-Għallis, imwaħħla riċentament (Mejju 2022).

Waħda f’Tul il-Kosta viċin il-Magħtab, imwaħħla riċenti (Mejju 2022).

Ekonomija

Sport