Friday, May 3, 2024

Fernandinho mistenni jingħaqad ma’ Athletico Paranaense bi free transfer

Aqra wkoll

Il-midfielder ta’ Manchester City, Fernandinho, se jingħaqad mal-club Brażiljan Athletico Paranaense bi free transfer dan is-sajf.

Wara disa’ snin mimlija unuri mas-Citizens, il-player ta’ 37 sena se jkun qed iħalli l-Etihad Stadium meta jiskadielu l-kuntratt fit-30 ta’ Ġunju.

L-internazzjonali Brażiljan bi 53 dehra kien marbut b’mod qawwi ma’ ritorn lejn art twelidu għall-aħħar stadji tal-karriera tiegħu, u jidher li issa aċċetta li jingħaqad ma’ Paranaense.

Sport