Wednesday, November 25, 2026
Home Sport Gianni Infantino taħt kritika għall-vjaġġi kontinwi bl-ajruplan privat

Gianni Infantino taħt kritika għall-vjaġġi kontinwi bl-ajruplan privat

0
27

Il-vjaġġi frekwenti bl-ajruplan privat tal-president tal-FIFA Gianni Infantino qajmu kontroversja, bil-kritiċi jistaqsu jekk dawn il-vjaġġi humiex kollha marbuta ma’ impenji uffiċjali jew jekk jistgħux ukoll isaħħu l-pożizzjoni tiegħu qabel l-elezzjoni presidenzjali li jmiss tal-FIFA.

Rapporti riċenti enfasizzaw il-firxa tal-vjaġġi tiegħu, li jinkludu żjarat f’pajjiżi differenti, laqgħat ma’ uffiċjali tal-football u politiċi, kif ukoll preżenzi f’tournaments u avvenimenti relatati mal-football.

Skont rapporti, Infantino wettaq 39 vjaġġ bl-ajruplan privat f’115-il jum, żar 32 pajjiż u vvjaġġa aktar minn 102,800 mil. Dawn il-vjaġġi allegatament ammontaw għal kważi disat ijiem fl-ajru, u qajmu mistoqsijiet dwar l-impatt ambjentali tagħhom u l-vantaġġ li jista’ jkollu president fil-kariga qabel l-elezzjoni mistennija f’Marzu 2027.

Il-kritiċi argumentaw li l-vjaġġi estensivi jistgħu jagħtuh ukoll vantaġġ sinifikanti fuq kandidati potenzjali oħra, billi jippermettulu jiltaqa’ ma’ presidenti tal-assoċjazzjonijiet tal- football, jippromwovi inizjattivi tal-FIFA u jsaħħaħ ir-relaz­zjonijiet ma’ federazzjonijiet madwar id-dinja.

Il-FIFA, min-naħa tagħha, iddefendiet il-vjaġġi, u sostniet li l-president għandu responsabbiltà li jżomm relazzjonijiet mal-211-il assoċjazzjoni membru tagħha, kif ukoll ma’ istituzzjonijiet politiċi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

Madankollu, l-użu tal-ajruplan privati kompla jqajjem kritika, speċjalment fid-dawl tal-impenji tal-FIFA dwar is-sostenibbiltà u t-tnaqqis tal-emissjonijiet. 

Hekk kif qed toqrob l-elezzjoni presidenzjali li jmiss, il-vjaġġi ta’ Infantino qed iqajmu dibattitu dwar il-poter, l-influwenza politika, il-vantaġġi elettorali u t-trasparenza fi ħdan il-FIFA.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here