Il-Marokk se jkompli l-ġlieda legali tiegħu wara d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport (CAS) li reġgħet tat it-titlu tal-AFCON 2025 lis-Senegal, hekk kif il-federazzjoni Marokkina qed tqajjem dubji dwar il-proċess tal-arbitraġġ.
Il-Federazzjoni Marokkina tal-Footbakk qed tikkunsidra li tressaq appell quddiem il-Qorti Federali Suprema tal-Isvizzera, l-aħħar mezz legali li fadlilha biex tikkontesta d-deċiżjoni.
Il-Marokk qed jikkontesta wkoll l-indipendenza ta’ wieħed mill-arbitri tal-panel, Ulrich Haas, wara allegazzjonijiet ta’ kuntatt mal-president tal-federazzjoni Senegaliża. Iżda dawn l-allegazzjonijiet ġew miċħuda.
Il-CAS kienet annullat id-deċiżjoni preċedenti tal-CAF li tat rebħa ta’ 3-0 lill-Marokk, u reġgħet ikkonfermat is-suċċess oriġinali tas-Senegal, 1-0, fil-finali.
Il-Marokk għandu 30 jum biex jippreżenta rikors quddiem il-Qorti Federali Suprema, iżda dan jista’ jikkontesta biss aspetti legali u proċedurali, mhux jerġa’ jiftaħ il-każ dwar il-logħba.
Id-deċiżjoni tal-CAS tibqa’ fis-seħħ, u s-Senegal għadu rikonoxxut bħala champion tal-Afrika tal-2025.




