Il-familja Glazer jidher li qed jiddispjaċiha mid-deċiżjoni li tbigħ sehem minoritarju ta’ Manchester United lill-biljunarju Ingliż Sir Jim Ratcliffe, fost tħassib dejjem jikber dwar id-direzzjoni li ħa l-club taħt it-tmexxija tiegħu.
Skont rapporti fil-media Ingliża, il-biċċa l-kbira mis-sitt aħwa tal-Glazers iqisu l-ftehim ma’ Ratcliffe u l-grupp INEOS, fl-2024, bħala żball. Huma wkoll iddispjaċuti bit-tluq tal-eks direttur eżekuttiv Richard Arnold, li kien involut fi ftehimiet kummerċjali li swew madwar £4 biljun.
Ratcliffe xtara 27.7% tal-ishma tal-club u ħa f’idejh it-tmexxija tal-operat tal-football.
Madankollu, ir-relazzjoni bejn iż-żewġ gruppi tas-sidien allegatament marret għall-agħar minħabba t-tħassib dwar ir-riżultati, il-finanzi u t-tluq ta’ diversi uffiċjali għolja.
Il-programm ta’ tnaqqis fl-ispejjeż ta’ Ratcliffe wkoll ġie kkritikat, partikolarment wara li madwar 300 impjegat tilfu xogħlhom.
Sadanittant, il-familja Glazer tinsab maqsuma dwar jekk għandhiex tbigħ il-kumplament tal-ishma tagħha, u dan qed iżid l-inċertezza dwar il-futur ta’ Manchester United.





