Arsenal kellu jikkuntentaw bi draw ta’ 1-1 kontra Borussia Dortmund fl-Emirates Stadium f’partita valida mill-fażi tal-kampjonat tal-UEFA Champions League.
Il-Gunners fetħu l-iskor wara 10 minuti permezz ta’ Viktor Gyökeres, li b’xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa għeleb lil Gregor Kobel wara assist ta’ Noni Madueke.
Dortmund wieġbu fil-55 minuta meta Maximilian Beier temm azzjoni tajba mibdija minn Joane Gadou, b’konklużjoni preċiża biex għeleb lil Kepa Arrizabalaga.
It-team Ġermaniż kellu wkoll goal ta’ Jobe Bellingham imħassar pożizzjoni ta’ offside.
Arsenal fittxe il-goal tar-rebħa fl-aħħar minuti, iżda Declan Rice laqat il-lasta, filwaqt li Gyokeres tilef opportunità tajba oħra.
Minkejja li Arsenal kellhom 30 xutt, Dortmund irreżistew il-pressjoni biex kisbu punt importanti.





