Il-viċi-president tal-Malta FA, Adrian D. Casha, ġie maħtur delegat tal-UEFA għall-konfront ta’ nhar l-Erbgħa mill-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Champions League bejn Atletico Madrid u t-team Norveġiż ta’ Viking FK.
Il-partita se tintlagħab fl-Estadio Metropolitano f’Madrid, bir-referee se jkun il-Belġjan, Erik Lambrechts.
Casha se jkun responsabbli mis-superviżjoni tal-aspetti organizzattivi u amministrattivi tal-partita f’isem il-UEFA.
Dan l-appuntament se jara lill-uffiċjal Malti jaħdem flimkien ma’ team internazzjonali ta’ uffiċjali tal-partita f’wieħed mill-aktar stadiums tal-football magħrufa fl-Ewropa.
Din il-ħatra hija mill-aktar prestiġjuża għall-fatt li l-finali ta’ din il-kompetizzjoni se tintlagħab proprju f’dan l-istess stadium, nhar il-5 ta’ Ġunju, 2027.
Din se tkun it-tieni finali f’dan l-istadium ta’ din il-kompetizzjoni wara li ospita dik tal-2019 bejn LIveprool u Tottenham Hostpur.
Din hija ħatra Ewropea oħra għal uffiċjal Malti tal-football.





