Wednesday, November 25, 2026
Home Sport Player ta’ League Two fl-Ingilterra akkużat bi stupru

Player ta’ League Two fl-Ingilterra akkużat bi stupru

0
31

Il-player ta’ Barnet, Isiah Noel-Williams, ġie akkużat bi tliet reati ta’ stupru wara investigazzjoni mill-pulizija ta’ Hertfordshire.

Il-player ta’ 23 sena qed jiffaċċja wkoll akkużi ta’ attakk sesswali permezz ta’ penetrazzjoni, komunikazzjoni sesswali ma’ minuri u provvista ta’ droga kontrollata tal-Klassi B.

Noel-Williams deher quddiem il-Qorti tal-Maġistrati ta’ Hatfield nhar is-Sibt 21 ta’ Novembru u nżamm arrestat. Huwa mistenni jerġa’ jidher quddiem il-Qorti ta’ St Albans fit-22 ta’ Diċembru.

Barnet ikkonferma li l-player ġie akkużat u nżamm arrestat, filwaqt li qal li l-club qed jikkollabora bis-sħiħ mal-awtoritajiet. Il-club żied jgħid li mhux se jagħmel aktar kummenti waqt li l-każ ikun għaddej.

Noel-Williams ingħaqad ma’ Barnet fis-sajf mingħand Hemel Hempstead Town. Huwa lagħab ukoll ma’ Kettering Town, Matlock Town, Harrow Borough u Cheshunt.

Il-każ għadu quddiem il-qrati u l-player għadu ma nstabx ħati.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here