Wednesday, November 27, 2024

Aktar minn 17,000 persuna ta’ ‘l fuq minn 61 sena jibqgħu fid-dinja tax-xogħol

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Ħafna ħaddiema jaħdmu qatigħ tul il-karriera tagħhom għal snin sħaħ biex meta jilħqu l-età tal-pensjoni jirtiraw b’rashom mistrieħa li l-kontribuzzjonjiet li ħalsu tul ħajjithom jagħtuhom għixien diċenti fit-tielet età. F’pajjiżna l-età tal-irtirar hija bejn il-61 u l-65 iżda mhux kulħadd jagħżel li jirtira, jew jista’ jieqaf jaħdem. Fil-fatt, in-numru ta’ persuni li f’pajjiżna għandhom ’il fuq minn 61 sena u baqgħu jaħdmu sa Lulju li għadda kien jammonta għal total ta’ 17,774 persuna.

Minn informazzjoni li ħarġet fi tweġiba parlamentari, il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, Clyde Caruana, qal li minn dawn il-persuni kien hemm minnhom li jaħdmu fuq bażi full time, mentri oħrajn part time bl-akbar ammont tagħhom impjegati bħala professjonisti. Sa Lulju tal-2021, dawn ammontaw għal 3,107 persuna. 

Mil-lista ta’ xogħlijiet li persuni ta’ ‘l fuq minn 61 sena jagħmlu, fit-tieni post hemm okkupazzjonijiet elementari (3,068); ħaddiema fis-settur tas-servizzi u bejgħ b’total ta’ 2,983 segwiti minn impjegati f’livelli maniġerjali (2,808).

L-informazzjoni li għandha l-Jobplus turi li l-inqas xogħol li jagħmlu persuni f’din il-faxxa ta’ età huwa fil-Forzi Armati b’total ta’ sitt persuni biss. 

Fost impjiegi oħra mill-informazzjoni mogħtija mill-Ministru Caruana hemm skrivani u ħaddiema ta’ support (1,295); ħaddiema fis-setturi tal-agrikoltura, sajd u foresti (613); u ħaddiema tas-snajja’ u crafts li jammontaw għal 1,355 persuna. 

Sport