Saturday, December 21, 2024

Aktar minn 20 persuna jmutu kawża ta’ għargħar fl-Indja

Aqra wkoll

Aktar minn 20 persuna mietu kawża ta’ għargħar li seħħ fin-naħa t’isfel tal-Indja.

Xita bil-qliel wasslet biex għadd ta’ residenzi spiċċaw mgħarrqin u r-residenti spiċċaw maqbudin f’Kottayam fl-istat ta’ Kerala.

Filmati li nxterdu fuq il-midja soċjali juru passiġġieri li kienu qegħdin jivjaġġaw bit-trasport pubbliku li kellhom jiġu salvati wara li nqabdu fl-ilmijiet.

Jiem ta’ xita bil-qliel f’Kerala kkawża wkoll tiġrif infrastrutturali u b’hekk kellu jintervjeni l-militar sabiex jgħin fil-kontroll tas-sitwazzjoni.

Intant ħelikopters qegħdin jintużaw biex iwasslu l-affarijiet meħtieġa u uffiċjali lejn iż-żoni fejn hemm persuni li nqabdu taħt dan it-tiġrif ta’ art li ċediet.

Fost il-vittmi hemm familja ta’ sitta li mietu f’daqqa wara li l-ilmijiet qerdu kompletament ir-residenza tagħhom.

Ekonomija

Sport