Monday, May 20, 2024

Valletta lura għar-rebħ b’hat-trick ta’ Mario Fontanella

Aqra wkoll

ritratt: Christine Borg

Valletta ……….3

Sirens…………..1

Mario Fontanella kien l-eroj meta skorja hat-trick għal Valletta fir-rebħa ta’ 3-1 fuq Sirens.

B’hekk, il-Beltin irritor­naw għar-rebħ wara tliet tel­fiet konsekuttivi biex ħadu nifs qawwi u b’hekk jistgħu jisfidaw għal post mal-ew­wel erbgħa. 

Kienet logħba li fiha Valletta ħarġu tajjeb imma sabu sfida denja mit-team ta’ San Pawl il-Baħar li baqa’ fil-partita sal-aħħar ħinijiet wara li saħansitra falla penalty li fir-realtá kien wieħed detrimentali għax bih setgħu kisbu d-draw. 

Valletta kellhom bidu perfett meta wara biss żewġ minuti fetħu l-iskor hekk kif Kevin Tulimieri daħal tajjeb fuq il-lemin u qassam lejn MARIO FONTANELLA li mill-viċin tefa’ ġewwa.

Sirens irrispondew fis-seba’  minuta  meta mill-cross ta’ Alex Cini mil-lemin, Diego Albanese kompla bir-ras lejn Adrian Borg imma Guarnone imblokka tajjeb.

Fil-21 minuta,  id-daqqa ta’ ras ta’ Albanese għaddiet ftit barra wara free-kick ta’ Fernando Brandan u żewġ minuti wara, Guarnone salva tajjeb fuq Vitor Viera li kien daħal tajjeb fil-kaxxa.

Seba’ minuti fit-tieni taqsima, Vieira kellu xutt tajjeb minn tarf il-kaxxa mdawwar f’corner u mill-istess corner ta’ Brandan mix-xellug, Guarnone salva tajjeb.

Fis-66 minuta, f’kontrattakk veloċi, Vieira kellu xutt angolat imblukkat mill-goalkeeper ta’ Valletta. Minuta wara, Sirens ingħataw pe­nalty meta Brandan ġie mwaqqa’ fil-kaxxa minn Guarnone iżda mill-11-il metru, Kemar Reid kellu x-xutt tiegħu mblukkat.

Ir-risposta ta’ Valletta kie­net tikkonsisti fi cross ta’ Fontanella mil-lemin iżda Sean Mintoff antiċipa tajjeb lil Dilaver qabel dan seta’ jikkonkludi fit-72 minuta.

Iżda tmien minuti mit- tmiem Valletta rduppjaw me­ta Lucas Campos daħal tajjeb mix-xellug, Haris Dilaver kellu x-xutt imblukkat imma MARIO FONTANELLA mill-viċin ma falliex.

Fis-87 minuta, Sirens naqqsu l-marġni meta mill-free-kick ta’ Adrian Borg, il-ballun wasal għand is-sostitut FRANCIS WILLIAM AVOCE li bir-ras tefa’ ġewwa.

Madankollu żewġ minuti fil-ħin miżjud, Valletta għamluhom tlieta meta wara kontrattakk, Dilaver pprova jdur ma’ difensur iżda ħa l-ballun MARIO FONTANELLA li spara fix-xibka.

VALLETTA: 26-Alessandro Guarnone, 6-Triston Caruana, 8-James Arthur, 9-Haris Dilaver, 10-Shaun Dimech (17-Jeremy Micallef 60), 14-Christian Gauci (4-Jean Borg 69), 24-Rowen Muscat, 66-Eslit Sala, 77-Caio Prado (97-Lucas Campos 15), 89-Mario Fontanella, 92-Kevin Tulimieri (20-Ivan Curjuric 60)  – Coach: Antonio Jose Cardoso Mendes

SIRENS: 13-Sean Mintoff, 9-Kemar Reid (23-Francis William Avoce 86), 10-Fernando Brandan (7-Bogdan Gavrila 76), 14-Diego Albanese, 15-Adrian Borg, 17-Jacob Walker, 21-Carlo Zammit Lonardelli (18-Conor Borg 69), 22-Alexander Cini (11-Alfred Effiong 86), 30-Carlos Riascos, 31-Kemmu Degran Jackson, 33-Vitor Vieira.  – Coach: Winston Muscat

REFEREE: Philip Farrugia

ASS. REFEREES: Alan Camilleri, Shaun Calleja

RABA’ UFF: Stefan Pace

SKORERS: M. Fontanella 2, 82 92 (V); F. Avoce 87 (S)

AMMONITI: A. Borg, D. Albanese (S)

Sport