Ammont ta’ piroteknika nstabet f’kontejner minn uffiċjali tad-Dwana, meta suppost kien qed iġorr kunsinja ta’ karozzi tal-plastik u blalen.
Il-kontejner li ntbagħat miċ-Ċina, kien fi triqtu lejn il-Libja u kien wieħed mill-kontejners li ġew analizzati mill-uffiċjali tad-Dwana lbieraħ.
Hekk kif għadda mill-iscanner irriżultaw diversi inkonsistenzi, u minn spezzjoni li saret irriżultaw aktar minn 24 tunellata f’piroteknina.
Il-kontejner qed jinżamm mid-Dwana għal aktar investigazzjonijiet.



