Saturday, December 21, 2024

Aktar minn 50 persuna jmutu kawża ta’ “l-agħar trombi” f’Kentucky

Aqra wkoll

Maltempata qawwija fiċ-ċentru tal-Istati Uniti wasslet għal minn tal-inqas 14-il tromba tar-riħ f’ħames stati. 

Il-gvernatur tal-istat ta’ Kentucky wissa li aktar minn 50 persuna huma maħsubin li mietu kawża ta’ trombi qawwija li laqtu l-istat.

Andy Beshear qal li dan l-ammont ta’ vittmi jista’ jitla sa 100 f’dik li huwa ddeskriva bħala l-agħar traġedja kkawżata minn trombi li laqtu l-istat.

It-trombi tar-riħ ġew irraportati wkoll f’Missouri, Tennessee, Kentucky u Illinois; filwaqt li 55 miljun persuna madwar l-Amerika jinsabu f’riskju għoli minħabba l-maltempati.

Ekonomija

Sport