Monday, May 6, 2024

Aktar minn 60 sewwieq fit-tieni rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Is-Sibt, 16, u l-Ħadd, 17, ta Marzu, Island Karting Club u Karting Club Malta, flimkien mal-Malta Motorsport Federation, qed jorganizzaw t-tieni rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting għal din is-sena, fil-korsa La Reve f’Ħal Far.

Is-Sibt, 16, hija ddedikata għall-klassijiet riservati għall-iżgħar sewwieqa. It-tiġrijiet fil-kategoriji li ġejjin jibdew fl-10:00 b’sessjoni ta’ taħriġ ta’ 10 minuti; dawn il-klassijiet huma Rotax Micro, Mini Gr3, u X30 Iame Junior 125cc. 11:09, tellieqa għall-pole position; f’12:28 u 15:08, pre-final u finali, rispettivament.

Is-sewwieqa adulti se jiddebuttaw il-Ħadd, 17, fid-09:45 fil-klassijiet li ġejjin: Iame X30 Masters, Vortex Senior/Master, Rotax, u Iame X30. Il-pole position tibda fl-10:45, il-pre-finali f’nofsinhar u l-finali fl-14:25.

Aktar minn 60 sewwieq ser jikkompetu f’dan ir-rawnd tal kampjonat nazzjonali għal din is-sena.

Il-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting qed jiġi organizzat b’kooperazzjoni bejn Karting Club Malta u Island Karting Club u mmexxi mill-Malta Motorsport Federation. L-avveniment se jkun b’xejn għall-pubbliku, avveniment għall-familja kollha li żgur jintgħoġob minn tfal ta’ kull età.

Sport