Thursday, April 25, 2024

Aktar minn 70 karozza jikkompetu fil-Hillclimb tal-Imtaħleb il-Ħadd

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Nhar il-Ħadd 8 ta’ Mejju, Island Car Club se jorganizza t-tielet Round ta’ The Point – MeDirect – England Insurance – Transport Malta 2022 National Hillclimb Championship. L-attività set issir fl-Imtaħleb limiti tal-Imġarr. Aktar minn 70 karozza mistennija jikkompetu f’diversi klassijiet u gruppi. Il-klassijiet ivarjaw minn karozzi tat-triq għal karozzi mibnija apposta għat-tlielaq.

Josef Abela mistenni jkun clerk of the course, Jeremy Cassar assistent clerk of the course, Joe Formosa timekeeper, Susanne Fenech segretarja tal-laqgħa, William England steward, Gilbert Abela u Charlie Dingli skrutiniera, flimkien ma Marshalls tat-tellieqa f’diversi rwoli differenti u persuni li jagħtu l-ewwel għajnuna.

Sport