Sunday, December 22, 2024

Aktar minn 700 ħaddiem tal-Airbus jispiċċaw morda wara l-ikla tax-xogħol

Aqra wkoll

Aktar minn 700 ħaddiem tal-Airbus spiċċaw mardu wara li l-kumpanija organizzat l-ikla annwali tagħha fi żmien il-Milied. Dan tħabbar mill-awtoritajiet tas-Saħħa fi Franza fejn qalu li għaddejja investigazzjoni dwar x’seta ġara.

S’issa mhux magħurf x’kien hemm ħażin fuq il-menu li spiċċa marad mijiet ta’ ħaddiema. Il-kumpanija Airbus wara l-istqarrija tal-awtoritajiet tas-Saħħa Franċiżi qalu li għalissa mhux se jkunu qegħdin jikkumentaw dwar dan sakemm issir l-investigazzjoni.

L-ikla saret fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet u fi ftit sigħat wara li ntemmet kulħadd beda jċempel li hu ma jiflaħx u ma kien se jirraporta għax-xogħol. Meta kien hemm numru kbir ta’ ħaddiema li kollha bdew jirraportaw l-istess sintomi, il-kumpanija ħadet il-miżuri kollha meħtieġa u rraportat il-każ lill-awtoritajiet tas-Saħħa Franċiżi.

Ekonomija

Sport