Friday, May 17, 2024

The Convenience Shop jagħti €10,000 lil L-Istrina b’appoġġ għal MCCF

Aqra wkoll

The Convenience Shop, isem ewlieni fis-settur tal-konvenjenza lokali, qed iħabbar l-impenn tiegħu lejn ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva permezz ta’ għotja ta’ €10,000 għat-telethon annwali L-Istrina b’risq il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund.

Id-donazzjoni ġiet ippreżentata uffiċjalment lill-President ta’ Malta, George Vella, waqt laqgħa mal-management ta’ The Convenience Shop. Din il-kontribuzzjoni tirrefletti d-dedikazzjoni tal-kumpanija biex tappoġġja kawżi tal-karità u trawwem impatt pożittiv fi ħdan il-komunità.

Waqt il-laqgħa, il-maniġment ta’ The Convenience Shop spjegaw l-impenn tagħhom li jagħtu lura lill-komunità lokali u ddiskutew l-inizjattivi proġetti ġodda previsti għall-2024. Il-kumpanija tibqa’ determinata fil-missjoni tagħha li tuża’ r-riżorsi tagħha għat-titjib tas-soċjetà u timmira li tkompli twettaq proġetti ta’ impatt fil-komunita’ fil-futur qarib.

L-għotja ta’ €10,000 se tkun allokata għax-xiri ta’ mediċini speċjalizzati.

Din id-donazzjoni ssegwi l-kontribuzzjoni riċenti ta’ The Convenience Shop ta’ €2,000 waqt il-mixja tal-President li saret ftit ġimgħat ilu.

Andrew Attard, Assistent Eżekuttiv tad-Diretturi ta’ The Convenience Shop, spjega: “Aħna impenjati ħafna li nagħtu lura lill-komunità li tappoġġa lilna. Il-kontribuzzjonijiet tagħna lil L-Istrina u lill-Malta Community Chest Fund jallinjaw mal-valuri ewlenin tagħna ta’ responsabbiltà soċjali u tirrefletti d-dedikazzjoni tagħna biex nagħmlu differenza tanġibbli fil-ħajja tan-nies”.

Bl-istaġun tal-festi fl-aqwa tiegħu, The Convenience Shop tixtieq tawgura l-isbaħ xewqat il kulħadd, fosthom lill-klijenti, il-membri tal-istaff, il-fornituri tagħha, u l-istakeholders kollha. Il-kumpanija tittama li dan l-istaġun iġib ferħ u opportunità għall-għaqda fi ħdan il-komunità.

Għal aktar tagħrif dwar The Convenience Shop u l-inizjattivi tal-karità fil-komunità, jekk jogħġbok żur is-sit www.theconvenienceshop.com.

Sport