Tuesday, April 16, 2024

Aktar minn 90 persuna jmutu wara li sploda bowser bil-fjuwil fi Sierra Leone

Aqra wkoll

Traġedja li seħħet ġewwa Sierra Leone fl-aħħar sigħat ħalliet għexieren ta’ persuni mejta fejn rapporti internazzjonali qed jgħidu li hemm mill-inqas 99 persuni li tilfu ħajjithom.

Din it-traġedja seħħet ġewwa l-belt kapitali ta’ Freetown wara li bowser bil-fjuwil ħabat ma’ trakk.

Konsegwenza ta’ dan l-impatt, seħħet splużjoni li qatlet lil kull min kien jinsab fil-viċinanzi u saħansitra kkawżat nirien li nfirxu lejn xi bini.

Minkejja li għadu mhux magħruf eżattament kemm kienu l-persuni li sfortunatament tilfu ħajjithom f’dan l-inċident, in-numru tal-vittmi jqarreb il-100 hekk kif fl-aħħar ħin dan baqa’ jiżdied.

Huwa mifhum li t-traġedja seħħet viċin ta’ supermarket u diversi stampi li ġew ippubblikati fuq il-midja soċjali wrew numru kbir ta’ persuni li sofrew ħruq konsiderevoli.

Permezz ta’ tweet, il-President Julius Maada Bio qal li l-gvern tiegħu se jagħmel minn kollox biex jappoġġja lill-familji milquta.

Ekonomija

Sport