Saturday, November 23, 2024

Aktar minn elf sewwieq maqbudin fil-vetturi tagħhom kaġun ta’ maltempata rekord ta’ borra fil-Ġappun

Aqra wkoll

’Il fuq minn elf sewwieq ta’ vetturi kellhom jorqdu fil-vetturi tagħhom għal jumejn sħaħ wara li maltemp qawwi bil-borra laqat lill-Majjistral tal-Ġappun.

Membri tal-armata ntbagħtu fuq il-post biex iqassmu ikel, fjuwil, u kutri hekk kif is-sewwieqa nqabdu fl-expressway Kanetsu, li tgħaqqad lill-kapitali Tokyo ma’ Niigata fit-Tramuntana tal-pajjiż.

Kaġun tal-livelli rekord ta’ silġ u borra li niżlet it-traffiku litteralment kien imwaħħal bis-sewwieqa ma jibqgħalhom l-ebda alternattiva oħra għajr li jibqgħu jistkennu fil-vetturi tagħhom.

Ħaddiema tat-tifi tan-nar intalbu jassistu lil uħud mis-sewwieqa, b’mill-inqas tliet persuni jkollhom jittieħdu l-isptar. Minkejja l-isforzi li qed isiru sal-lum f’nofsinhar aktar minn elf vettura għadhom imwaħħlin fis-silġ.

Il-maltempata mistennija li tkompli tippersisti matul il-jum tal-lum. F’ċerti żoni tal-pajjiż mistennija li tinżel sa 80 ċentimetru ta’ borra.

Sport