Wednesday, July 17, 2024

Tnaqqis fir-rata tal-inflazzjoni

Aqra wkoll

Ir-rata annwali tal-inflazzjoni hekk kif imkejla mill-indiċi tal-prezzijiet irreġistra tnaqqis ta’ 0.27% matul ix-xahar ta’ Novembru. Dan meta mqabbel mar-rata ta’ inflazzjoni ta’ 0.35% tax-xahar preċedenti.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li r-rata medja tal-inflazzjoni ta’ 12-il xahar għal Novembru kienet ta’ 0.72%.

L-akbar żieda ġiet reġistrata fl-indiċi tas-saħħa u l-kura personali mentri l-akbar tnaqqis ġie rreġistrat fl-indiċi tal-ħwejjeġ u żraben.  L-indiċi tal-ikel u tat-trasport u l-komunikazzjoni rreġistraw l-ogħla kontribuzzjoni għal żieda u tnaqqis fir-rata annwali.

Ekonomija

Sport