Wednesday, April 24, 2024

Aktar minn nofs miljun persuna jmutu bil-coronavirus

Aqra wkoll

Aktar minn nofs miljun persuna mietu kaġun tal-Covid-19. Dan skont informazzjoni maħruġa mill-Università John Hopkins.

Sal-bieraħ filgħaxija, aktar mimm 10 miljun każ ta’ infezzjoni u aktar minn 501,000 imwiet kienu rreġistrati madwar id-dinja. Diversi pajjiżi, fosthom il-Ġermanja, il-Brażil u l-Indja riċentement raw żieda konsiderevoli fin-numru ta’ każi ġodda ta’ infezzjonijiet.

L-Istati Uniti s’issa rreġistrat l-akbar numru ta’ vittmi, b’aktar minn 125,000 persuna titlef ħajjitha kaġun tal-virus.

Skont is-CNN, 36 stat Amerikan qed jaraw żieda fin-numru ġdid ta’ każi ta’ infezzjonijiet. Nhar il-Ġimgħa li għadda l-Istati Uniti rreġistra l-ogħla rata ta’ każi ġodda ta’ infezzjonijiet mill-bidu tal-pandemija, b’mill-inqas 40,173 każ ġdid.

Il-ġimgħa li għaddiet id-Diretur taċ-Ċentru għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, Robert Redfield, saħaq li n-numru ta’ Amerikani li ġew infettati bil-virus probabbilment huwa għaxar darbiet aktar minn mill-istatistika uffiċjali.

L-ammissjoni ta’ Redfield hija eku ta’ dak li riċerkaturi ilhom jgħidu għal dawn l-aħħar, b’mod partikolari għal dawk il-pajjiżi l-aktar milqutin mill-pandemija.

Sport