Monday, November 25, 2024

Aktar nominazzjonjiet għall-elezzjonijiet każwali f’isem il-PN

Aqra wkoll

Komplew jintefgħu n-nominazzjonijiet għall-elezzjonijiet każwali f’isem il-Partit Nazzjonalista.

Carmelo Mifsud Bonnici, Mary Muscat u Leone Sciberras tefgħu n-nomina tagħhom fuq it-tielet distrett li fih hemm post li tbattal minn Stephen Spiteri.

Stefan Caruana tefa’ n-nomina tiegħu fuq il-ħames distrett fejn fih hemm post li tbattal minn Bernard Grech.

Rebekah-Ann Cilia u Alessia Psaila Zammit tefgħu n-nomina tagħhom fuq is-seba’ distrett fejn fih hemm żewġ postijiet battala minn Ryan Callus u Adrian Delia.

Graziella Attard Previ tefgħet in-nomina tagħha fuq id-disa’ distrett fejn fih hemm żewġ postijiet battala minn Robert Arrigo u Joseph Giglio. Hija tefgħet ukoll in-nomina tagħha fuq l-għaxar distrett fejn fih hemm post li tbattal minn Mark Anthony Sammut.

Sport