Saturday, December 21, 2024

Aktar persuni jfiqu … Każ ġdid ta’ Covid-19

Aqra wkoll

L-appell jibqa’ dak biex nibqgħu nosservaw l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charamaine Gauci bdiet il-konferenza tal-lum billi kkonfermat ir-raba’ mewt kawża tal-Covid-19.

Minn 559 swab test li saru fl-aħħar sigħat kien hemm każ wieħed biss ta’ raġel li rriżulta pożittiv. B’hekk it-total ta’ persuni li rriżultaw pożittivi s’issa huwa ta’ 448 persuna.

Raġel ta’ 52 sena li beda bis-sintomi fit-23 ta’ April u wara li rrefera għat-test irriżulta pożittiv. Huwa kellu kuntatt ma’ membri tal-familja u għalhekk għaddejjin b’contact tracing biex jaraw jekk hemmx aktar persuni infettati.

Gauci kompliet b’aħbar pożittiva u kkonfermat li kien hemm 26 perunsa oħra li fiequ mill-virus. It-total ta’ nies li fiequ huwa ta’ 249 u b’hekk meta wieħed jneħħi lil dawn u lil dawk li sfortunatament mietu, il-każi attivi jibqa’ dak ta’ 195.

Ekonomija

Sport