Sunday, December 22, 2024

Aktar preżenza mill-uffiċjali ta’ Transport Malta għal aktar sigurtà fit-toroq

Aqra wkoll

Tul dawn l-aħħar jiem, uffiċjali ta’ Transport Malta  mexxew għadd ta’ roadside inspections f’toroq ewlenin f’lokalitajiet differenti madwar pajjiżna. Dawn ir-roadside inspections saru b’kollaborazzjoni mal-Korp tal-Pulizija.

Dawn ir-roadside inspections isiru permezz tal-obbligi legali  ta’ Transport Malta biex tinforza l-liġijiet relatati mat-trasport u l-linji gwida li huma msemmija fil-highway code, apparti x-xogħol ta’ edukazzjoni u ta’ regolamentazzjoni tas-settur tat-trasport f’pajjiżna. 
 
Dawn ir-roadside inspections twaqqfu b’kollox 207 karozz u li saritilhom spezzjoni bażika jew full inspection. Minn dawn l-ispezzjonijiet instabu 179 kontravenzjoni li jmorru kontra l-liġi jew li ma jiggarantux is-saħħa u s-sigurtà tal-persuni li jagħmlu użu mit-triq. 15 -il karozza ittieħfu u wkoll taħt il-pussess tal-awtorità msemmija.

 L-iskop ta’ dawn l-ispezzjonijiet mhuwiex dak li jikkastigaw lis-sewwieqa tal-vetturi li ma jkunux qegħdin jimxu mal-kodiċi tat-traffiku, iżda li jiżguraw li l-vetturi fit-triq ikunu tajbin biex jinstaqu barra u li ma jkunux ta’ riskju fuq is-saħħa u s-sigurtà tas-sewwieqa stess u dawk ta’ madwarhom.
 
Uħud mill-affarijiet li jiġu ċċekjati waqt dawn l-ispezzjonijiet huma d-dwal tal-karozza bħal fanali ta’ quddiem u anki ta’ wara, l-installazzjoni ta’ ħġieġ tinted bi gradazzjoni għolja, liċenzja tal-karozza li mhux imwaħħla jew imġedda, pjanċi ta’ reġistrazzjoni mhux imwaħħla jew fi stat ħażin, il-kundizzjoni tat-tyres u tas-silencer, il-poloz tal-assigurazzjoni, kif ukoll dokumenti foloz.

Ekonomija

Sport