Aktar problemi għaċ-champions Ġermaniż Bayer Leverkusen li wara l-injuries ta’ Victor Boniface u Nordi Mukiele, issa l-kowċ Xabi Alonso tilef żewġ plejers oħra wara l-logħba li huma lagħbu kontra Heidenheim u li rebħ 5-2. fil-fatt, Jeremi Frimpong u Martin Terrier ħarġu b’xi daqqa f’nofs din il-partita tant li ma setgħux itemmuha kif suppost.
Alonso deher ferm inkwetat wara dawn l-injuries u ammetta li sal-Milied għandu biċċa xogħol kbira biex jgħaqqad skwadra kompetittiva kif suppost.
Leverkusen jinsabu fir-raba’ post tal-klassifika, disa’ punti ‘l bogħod mil-leaders Bayern Munich.