Wednesday, September 23, 2026
Home Sport Dubji kbar kemm il-logħba finali tat-Tazza tad-Dinja se tintlagħab fi Spanja

Dubji kbar kemm il-logħba finali tat-Tazza tad-Dinja se tintlagħab fi Spanja

0
49

Għal diversi xhur, Spanja u l-Marokk ilhom jargumentaw permezz tal-midja dwar min għandu jorganizza l-logħba finali tat-Tazza tad-Dinja tal-2030. 

It-tournament se jibda fl-Amerika t’Isfel, qabel ma jkun organizzat fil-Portugall, fi Spanja u fil-Marokk. U hekk kif il-federazzjoni Marokkina qed tagħmel pressjoni biex il-finali ssir fl-istadium il-ġdid li se jinbena f’Casablanca, is-sindku ta’ Madrid, José Luis Martinez Almeida, wera dubju kbir  dwar iċ-ċansijiet tal-kapitali Spanjola.

“Jien m’iniex ottimist, għaliex nemmen, u dan huwa kompletament leġittimu min-naħa tal-Marokk u tar-Re tal-Marokk, li huma jridu din il-finali u, loġikament, naħseb li qed jaħdmu fuq livelli politiċi u istituzzjonali biex jiksbuha. 

“Madankollu, dak li m’għandix huwa l-iċken prova jew l-iċken indikazzjoni li l-gvern tagħna sejjer f’din id-direzzjoni.

“Jekk il-finali ma ssirx f’Madrid, wieħed ikollu jistaqsi jekk it-Tazza tad-Dinja għandhiex tiġi organizzata fi Spanja jew le.

“Mhux jien li għandi ngħid dan, iżda jekk il-finali ma ssirx f’Madrid, naħseb li għandu jkun hemm konsegwenzi,” temm jgħid Martinez Almeida.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here