Monday, December 9, 2024

AKTAR SOSTENN LILL-ISTART-UPS

Aqra wkoll

Maul din il-ġimgħa rajna l-inawgurazzjoni taċ-ċentru Ewropew għall-innovazzjoni diġitali (DiHubMT) fl-Imrieħel. Proġett li se jkun qiegħed jassisti lil start-ups u SMEs sabiex dawn jibbenefikaw minn mentorship, servizzi ta’ pre-accellerator u incubator, kif ukoll aċċess għal High Performace Computer. 

Ninnutaw b’sodisfazzjon li diġà hemm seba’ start-ups li bdew jaħdmu minn dan il-hub, b’sitta minnhom ikunu Maltin. Dan juri l-interess li hawn f’dan is-settur, bil-Gvern qiegħed jimpenja ruħu li jkabbar l-investiment f’dan ir-rigward u jassisti lil dawk li jixtiequ jimirħu aktar f’oqsma innovattivi u teknoloġiċi fost oħrajn.

Irridu nsemmu wkoll kif l-Unjoni Ewropea ftit tax-xhur ilu tat ċertifikat ieħor b’saħħtu lil pajjiżna f’dak li għandu x’jaqsam mat-tisħiħ fl-innovazzjoni u r-riċerka fl-intrapriżi Maltin. Kien innutat kif is-sistemi robusti ta’ pajjiżna, l-investiment kontinwu ta’ kwalità u l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli wasslu biex pajjiżna jinsab fost l-aqwa erba’ pajjiżi fl-Ewropa mfittxija minn start ups innovattivi. Dan kollu jikkonferma l-livell edukattiv f’pajjiżna huwa huwa għoli u b’saħħtu u jħabbatha ma’ pajjiżi oħra, l-iktar fejn tidħol ir-robotika.

Naqblu ma’ dak li qal  il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri, l-ekonomija diġitali huwa dak is-settur li pajjiżna jista’ jibrilla fih u li propetti bħal dawn huma xhieda ta’ dan. Insemmu kif mill-2017, l-ekonomija diġitali kibret b’erba’ darbiet aktar. Dan kollu jorbot ukoll mal-viżjoni li rridu għall-pajjiżna għal 25 sena li ġejjin, Viżjoni Malta 2050. 

Aktar ma jkun hemm start ups ġodda, anke jekk ikunu żgħar, huwa ta’ benefiċċju għall-ekonomija b’mod ġenerali biex jiġi ġġenerat aktar investiment u allura ħolqien ta’ mpjiegi f’setturi teknoloġiċi u anke f’setturi oħra industrijali u li huma relattivament ġodda.

Għalhekk, huwa meħtieġ li dan is-settur ekonomiku jitħalla jimraħ bil-libertà kollha sabiex jibqa’ jkollna tkabbir ekonomiku li fl-aħħar mill-aħħar igawdi minnu mhux biss in-negozju imma anke l-poplu b’mod inġenerali. Għalhekk nemmnu li pajjiżna għandu bżonn min jinkoraġġixxi investimenti bħal dawn. 

Ekonomija

Sport