Thursday, May 16, 2024

Aktar suċċessi għal żewġ sewwieqa żgħażagħ tal-karting

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Nhar il-Ħamis, 3 ta’ Marzu, is-sewwieqa żgħażagħ tal-karting Kyle Micallef u Jacob Micallef kienu s-sewwieqa magħżula tal-Young Drivers Training Programme.

Waqt laqgħa online għall-Malta Motorsport Federation, is-sewwieqa kollha u l-għalliema mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Karozzi (FIA) wara l-Young Drivers Training Programme li sar bejn il-Ġimgħa 29 u l-Ħadd 31 ta’ Novembru tas-sena l-oħra, tħabbru s-sewwieqa magħżula. Dan il-programm kellu l-għan li jippromwovi s-sigurtà tas-sewwieqa fost il-kompetituri żgħażagħ tal-isport tal-karting u jiffaċilita l-iżvilupp tas-sewwieqa żgħażagħ Maltin. Matul il-laqgħa, l-għalliema taw ħarsa ġenerali lejn il-prestazzjoni ta’ kull sewwieq fil-programm; il-kummenti kollha kienu pożittivi ħafna għal kull sewwieq u ġenerali. Huwa hekk li kemm l-MMF kif ukoll l-FIA qablu li jirrepetu l-programm biex isibu aktar talent fost is-sewwieqa Maltin.

Kyle Micallef u Jacob Micallef intgħażlu għal esperjenza ta taħriġ barra minn Malta ma’ Rotax u tim tat-tlielaq F4.

Sport