Saturday, July 25, 2026
Home Sport Al Hilal iridu lil Cristiano Ronaldo

Al Hilal iridu lil Cristiano Ronaldo

0
89

Il-kap eżekuttiv ta’ Al Hilal Esteve Calzada tkellem dwar il-possibbilta’ li jakkwistaw is-servizzi tal-istilla Portugiża Cristiano Ronaldo qabel il-bidu tat-tazza tad-dinja tal-klabbs fis-sajf li ġej.

Calzada qal li se jagħmel minn kollox biex iġib lil dan il-plejer li bħalissa jilgħab ma’ Al Nassr fis-Saudi Pro League. L-istess Al Nassr ċaħdu li kien hemm xi tip ta’ kuntatti u qalu li Ronaldo jinsab taħt kuntratt u mhux se jħalluh jitlaq żgur.