Sunday, November 24, 2024

Al-Ittihad lesti li joffru £200 miljun għal Mo Salah u Joe Gomez

Aqra wkoll

F’tentattiv iddisprat, il-club tal-Arabja Sawdija, Al-Ittihad, jinsab lest li jħallas £200 miljun għall-firma taż-żewġ players internazzjonali ta’ Liverpool, id-difensur Ingliż Joe Gomez u l-attakkant Eġizzjan Mohamed Salah.

Meta fadal sa nhar il-Ġimgħa biex jintemm is-suq tat-trasferimenti, il-club Sawdi qed jagħmel dak kollu fil-po­ter tiegħu biex jakkwista lil dawn iż-żewġ players. 

Iżda Liverpool inqabdu fuq sieq waħda fis-suq tat-trasferimenti minħabba li wara li telqulhom tmien players, huma ffirmaw tlieta biss. 

L-iskwadra tagħhom hija ferm qasira u biex iċedu lil dawn iż-żewġ players iridu jaħdmu kontra l-ħin biex jiffirmaw is-”sostituti” tagħhom minbarra miri oħrajn.

Fil-veritá se tkun diffiċli għar-Red minħabba li ftit huma dawk il-clubs li se jċedu l-players tagħhom ladarba ngħata bidu għall-kampjonat. 

Fuq nota oħra, id-difensur internazzjo­nali Olandiż, Virgil van Dijk, jista’ jeħel sospensjoni ta’ erba’ logħbiet. 

Huwa weħel partita waħda meta tkeċċa fir-rebħa ta’ 2-1 kontra Newcastle United. 

Iżda l-eks referee, Howard Webb, qed jitlob lill-Assoċjazzjoni tar-Referees biex id-difensur tar-Reds jingħata sospensjoni ta’ tliet logħbiet oħra għall-attakki verbali lejn ir-referee John Brooks.   

Sport