Wednesday, July 24, 2024

Erling Haaland jirbaħ il-premju tal-Player tas-Sena 2022-23 fl-Ingilterra

Aqra wkoll

Erling Haaland ta’ Manchester City rebaħ il-premju tal-Player tas-Sena fl-irġiel tal-PFA, b’Bukayo Saka ta’ Arsenal jirbaħ il-Player Żagħżugħ tas-Sena, tal-istaġun 2022-23 tal-Premier League Ingliż

L-attakkant internazzjonali Norveġiż, ta’ 23 sena, skorja 52 goal fil-kompetizzjonijiet kollha fl-ewwel staġun tiegħu mat-team ta’ Pep Guardiola.

Haaland għeleb lill-kollegi tiegħu Kevin de Bruyne u John Stones kif ukoll lil Saka ta’ Arsenal u Martin Odegaard u lil Harry Kane ta’ Tottenham, li issa jinsab ma’ Bayern Munich.

Huwa għen lis-City rebħu l-Premier League, l-FA Cup u ċ-Champions League Treble fl-istaġun li għadda.

“Huwa unur li tirbaħ dan il-premju prestiġjuż,” qal Haaland. “Li tkun rikonoxxut mill-avversarji hija sensazzjoni kbira u nixtieq nirringrazzja lil kull min ivvota lili.

“Kien staġun indimentikabbli għat-team u għalija personalment. Ir-rebħ tat-Treble kienet xi ħaġa li qatt ma kont nimmaġina, u għalhekk li nikseb dan bi grupp ta’ playrs daqshekk speċjali kien sentiment mill-aqwa.

“Ħloqna memorji inkredibbli fl-istaġun li għadda, iżda issa rridu nerġgħu nagħmlu l-istess din is-sena. Bdejna l-istaġun tajjeb u rridu nibqgħu għaddejjin.”

Haaland ingħaqad ma’ Manchester City mingħand Borussia Dortmund għal £51.2 miljuni f’Ġunju 2022.

Huwa kien ukoll nominat għall-premju tal-Player Żagħugħ, li ngħata lill-winger Ingliż Saka wara li skorja 14-il goal u kkontribwixxa 11-il assist fl-aqwa staġun tiegħu għall-Gunners.

Il-player ta’ 21 sena għeleb lil Moises Caicedo, li reċentement ingħaqad ma’ Chelsea mingħand Brighton, il-midfielder ta’ Aston Villa Jacob Ramsey, l-attakkant ta’ Arsenal Gabriel Martinelli u l-attakkant ta’ Brighton Evan Ferguson.

It-team tas-sena huwa: Aaron Ramsdale (Arsenal), William Saliba (Arsenal), Ruben Dias (Man City), John Stones (Man City), Kieran Trippier (Newcastle), Rodri (Man City), Martin Odegaard (Arsenal), Kevin de Bruyne (Man City), Bukayo Saka (Arsenal), Harry Kane (Tottenham), Erling Haaland (Arsenal).

Intant, iż-żewġ rebbieħa tal-premjijiet individwali ġew inklużi wkoll fit-Team tas-Sena tal-PFA.

L-attakkanta ta’ Aston Villa Rachel Daly rebħet il-premju tal-PFA tal-Player tas-Sena tan-Nisa, filwaqt li Lauren James ta’ Chelsea ġiet rebħet il-Player Żagħżugħa tas-Sena.

Ekonomija

Sport