Thursday, October 10, 2024

Alarm Phone tappella lill-awtoritajiet biex bastiment jingħata permess idaħħal grupp ta’ immigranti

Aqra wkoll

Alarm Phone qalet li minkejja li grupp ta’ immigranti ġew salvati minn tanker taż-żejt, il-bastiment għadu ma ngħatax permess biex jidħol f’port l-immigranti jkunu jistgħu jitniżżlu l-art.

L-NGO qalet li l-grupp ta’ immigranti jikkonsisti minn madwar 27 persuna. Il-bastiment – Etienne – jinsab viċin l-ibħra territorjali Maltin.

Intant għadu mhux ċert jekkl-immigranti ġewx salvati miż-żona ta’ tiftix u salvataġġ Libjan jew miż-żona ta’ Malta.

Sport