Saturday, May 4, 2024

Albert and Enrico Scerri champions fid-doubles tad-darts

Aqra wkoll

Albert u Enrico Scerri rebħu d-doubles tad-darts meta fil-finali li saret fi stabbiliment f’Marsaskala huma għelbu lil David u Norbert Attard 5-1.

Enrico u missieru Albert kienu ferm preċiżi fil-punti tagħhom bl-aħwa Norbert u David Attard li minkejja li ppruvaw, ix-xorti ma tantx daħkitilhom wisq.

Sabiex waslu għal din il-fażi, Albert u Enrico Scerri għaddew minn tliet fażijiet ta’ kwalifikazzjoni sa ma waslu fis-semifinali fejn hemmhekk huma għelbu lil John Ciantar u Eucharist Baldacchino 4-1.

Sport