Albert Scerri u Norbert Attard ikkwalifikaw għar-round ewlieni tal-Premier League of Darts wara li kienu l-aktar żewġ plejers konsistenti fit-tieni ġurnata ta’ din il-kompetizzjoni li qed issir fil-Każin tal-Banda ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun.
Scerri elimina lil Johan Xerri 3-1, Alfred Zaffarese 3-1, Tony Borg 3-2 u Kevin Spiteri 3-2 filwaqt li Attard rebaħ lil Charles Cauchi 3-0, Alfred Muscat 3-0, Brian Abela 3-1 u Mario Farrugia 3-0.
Albert Scerri u Norbert Attard ingħaqdu ma’ Kirsten Aquilina u Enrico Scerri li kisbu l-kwalifikazzjoni tagħhom fl-ewwel ġurnata ta’ logħob.
Sadanittant se jsiru tliet rounds oħra ta’ kwalifikazzjoni sabiex jiġu determinati s-sitt finalisti l-oħra ta’ din il-kompetizzjoni prestiġġjuża organizzata mill-Assoċjazzjoni Maltija tad-Darts