Wednesday, July 24, 2024

MFPA isaħħu l-ewwel post wara rebħa kontra Gżira United

Aqra wkoll

MFPA saħħew l-ewwel post tal-klassifika tal-VMFA Cisk Championship Pool meta fil-konfront dirett tan-naħa ta’ fuq tal-klassifika għelbu lil Gżira United Veterans 4-2.

Din kienet l-għaxar rebħa staġjonali għall-Malta Football Players Association li kienu determinati li jiksbu l-punti massimi kontra tim li kien qed ikollu wirjiet ferm tajbin.
Aleksandar Ribic skorja doppjetta għal MFPA filwaqt li Aleksandar Marinkovic u Jonathan Bondin żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.

Gżira naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ Gilbert Camilleri Lowell u Trevor Cilia.

Referee: Jason Penza.

Birkirkara St Helen’s approfittaw minn dan ir-riżultat sabiex qabżu fit-tieni post tal-klassifika u jinsabu tliet punti bogħod mil-leaders MFPA meta għelbu lil Hibernians 5-3.

Il-Karkariżi stabilixxew vantaġġ ta’ erba’ gowls sa tmiem l-ewwel taqsima bit-tieni taqsima li waslet ir-reazzjoni tal-Pawlisti tant li skorjaw tliet darbiet għalkemm ma kienx biżżejjed.

Ayrton Buhagiar skorja żewġ gowls għal Birkirkara St Helen’s b’Daniel Cremona, Malcolm Bugeja u Firas Aboulezz li niżżlu isimhom fost l-iskorers.

Leandros Calleja kien awtur ta’ doppjetta filwaqt li Adrian Lanzon żied ieħor għall-Pawlisti.

Referee: Jason Penza.

KLASSIFIKA VMFA CISK CHAMPIONSHIP POOL

MFPA 32, Birkirkara St Helen’s 29, Gżira United 28, Hibernians 29

KLASSIFIKA VMFA CISK CHALLENGE POOL

Luxol 17, Rabat Veterans 14, Żurrieq Wolves 3.

Ekonomija

Sport