Tuesday, December 24, 2024

Alejandro Garnacho ma jaċċettax kuntratt ġdid ma’ Manchester United

Aqra wkoll

L-attakkant Arġentin, Alejandro Garnacho, ma aċċettax li  jġedded il-kuntratt ma’ Manchester United hekk kif dak eżistenti jintemmlu f’Ġunju 2024.

Il-fatt li Real Madrid qed juru interess qawwi fis-servizzi ta’ dan il-player ta’ 18-il sena, huwa se jistenna l-offerta tagħhom. Barra minn hekk l-ambjent Spanjol aktar jogħġbu għall-fatt li jitkellmu bl-istess lingwa tiegħu.   

Bħalissa huwa qed ikollu rwol importanti fil-pjani tal-coach, Erik ten Hag. Iżda s-salarju tiegħu huwa dak ta’ miżeru ta’ £2,000 il-ġimgħa u r-Red Devils huma lesti li jagħtuh £10,000 fil-ġimgħa. 

Peró huwa sostna li mhux se jgħaġġel fid-deċiżjoni tiegħu minħabba li huwa konxju li fi tmiem l-istaġun li ġej huwa jista’ jinnegozja l-kuntratt tiegħu. 

Il-Madrileni lesti li jistennew sakemm jiġi player liberu u saħansitra lesti li jagħmlu kuntratt biex f’Ġunju 2024 jingħaqad magħhom fejn huma lesti li jagħtuh salarju fenomenali. 

Juventus ukoll qed isegwu l-progress tiegħu. 

Ekonomija

Sport